Kif diġà ġie mħabbar minn Net News il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tieħu sehem fil-protesta nazzjonali li ssejħet għal nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt wara d-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isptarijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care.
Fi stqarrija l-UĦM ħabbret ukoll li se tattendi wkoll fl-isfond tal-kawża separata li fetħet kontra l-Gvern wara li dan tal-aħħar ma onorax ftehim bil-miktub li fih kien ta kelmtu li l-ħaddiema ta’ Steward ikunu trasferiti mal-Gvern bl-istess kundizzjonijiet ta’ sħabhom fuq il-kotba tal-Gvern.
L-Erbgħa waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv tal-UHM Josef Vella fejn iddiskuttew it-triq ‘il quddiem wara li fl-aħħar jiem, il-Qorti annullat il-ftehim kundannabli tat-tliet sptarijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care.
Aqra aktar:
//= $special ?>