Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bejn karozza u mutur fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li inċident bejn karozza u mutur fil-Marsa.

L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Marsaskala u karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.