“L-inqas ħaġa li għandi nagħmel f’dan il-muemnt hi li nirriżenja”.
Hekk iddikjara Kostas Karamanlis, il-Ministru Grieg responsabbli mit-trasport, wara t-traġedja li seħħet f’Larissa fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż fejn tilfu ħajjithom madwar 40 persuna kaġun ta’ ħabta head-on bejn żewġ ferroviji.
“Ir-riżenja hi l-inqas ġest li nista’ nagħmel bħala sinjal ta’ rispett lejn il-vittmi”, qal Karamanlis f’kummenti lill media. Bin-nies ifaħħru dan il-ġest tal-Ministru li wera tassew kif politiku għandu jġorr responsabbiltà immedjata.
Il-Ministru tat-Trasport insista li “meta sseħħ traġedja bħal din, ma jistax ikun li nibqgħu għaddejin qisu xejn mhu xejn”. B’uħud jirrimarkaw li l-Ministru “ma kienx hu qed isuq il-ferrovija, imma wera irġulija bil-ġest tiegħu”.
Dan kien l-agħar inċident fl-istorja li qatt seħħ fis-sistema tal-ferroviji tal-Greċja.
//= $special ?>