Lokali

KAŻ VITALS: Owen Bonnici jibqa’ ma jitlobx skuża

Il-Ministru Owen Bonnici li kien parti mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat, sa mil-bidu nett tal-ftehim kunndanabbli li sar bejn il-Gvern u Vitals, u sussegwentament ma’ Steward … baqà jaħrab milli jerfà xi tip ta’ responsabbiltà u barra min hekk ma għamel l-ebda apoloġija lill-poplu, talli kien u għadu parti mill-kabinett li seraq il-miljuni lill-poplu.

Dan wara li fil-Qorti … l-Imħallef Depascuale biccer id-deal tat-tlett sptarijiet St.Luke’s, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – li ngħataw lill-kumpaniji privati għad-detriment tal-poplu Malti u Għawdxi.

L-Erbgħa filgħodu Net News prova jistaqsi kemm-il darba lill-Ministru Owen Bonnici sabiex jagħti ħjiel u dettalji lill-poplu dwar min se jkun qiegħed jerfa’ responsabbilità għal dan kollu – hekk kif fl-aħħar jiem, l-eks PM Joseph Muscat tefà l-ħtija kollha fuq il-Cabinett ta’ żmienu, filwaqt li Robert Abela farfarha wkoll fuq ta’ qablu, iżda Owen Bonnici baqa’ jaħrab milli jwiegeb.

Meta dan l-istazzjoni staqsih dwar x’se jsir mill-miljuni ta’ ewro li l-Gvern tal-Labour ta’ lil Vitals u Steward minn but il-familji Maltin u Għawdxin, Owen Bonnici reġa ħarab milli jwieġeb.

Fil-kummenti tiegħu lil dan l-istazzjon, Owen Bonniċi infexx jiftaħar bis-sistema li qiegħed jitmexxa biha s-settur tas-saħħa, filwaqt li ried jagħti x’jifhem li dan is-settur qatt ma kellu problemi.

Iżda r-realtà turi mod ieħor. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, Net News irraporta it-tħassib tan-nies dwar il-problemi fis-settur tas-saħħa li qed ikomplu jigravaw jum wara l-ieħor, bil-kummenti fuq il-midja soċjali ma naqsux … B’canfira waħda wara l-oħra lill-Gvern Laburista.

Dan hekk kif qed ikomplu jiżdiedu l-pazjenti fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei….filwaqt li ohrajn lanqas ghandhom il-bżonnijiet bażici…. Bil-Gvern jibqa’ ma jagħmel xejn quddiem din is-sitwazzjoni – u b’Owen Bonnici ifarfaha fuq il-Ministru inkarigat mis-saħħa Chris Fearne.

Intant, b’daħqa fuq wiċċu .. Owen Bonnici baqà jinjora d-domandi ta’ Net News, u la tagħna soluzzjoni għal flus li l-Gvern Laburista ta’ lil Vitals u Steward minn but il-familji Maltin u Għawdxin, u lanqas ma’ qalilna jekk hux se jerfà ir-resposnabbiltà ta’ dan l-aħħar skandlu li xxokja pajjiż.