Lokali Qorti

Miċħuda t-talba ta’ Yorgen Fenech biex Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Prim’Awla, Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff ċaħdet talba ta’ Yorgen Fenech li jneħħi lill-investigatur ewlieni s-Supretendent Keith Arnaud (ritratt) mill-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Yorgen Fenech, li qed jistenna li qed jistenna li jgħaddi ġuri għall-allegata kompliċità tiegħu f’dak il-qtil, kien ippreżenta każ ta’ proċeduri Kostituzzjonali fejn sostna li Arnaud kellu kunflitt ta’ interess “ċar” u għalhekk ma setax jinvestiga l-qtil b’mod “seren”.

Il-Qorti osservat li l-uniku akkużat leġittimament mfittex f’din il-kawża kien il-Kummissarju tal-Pulizija. Huwa jemxxi l-korp u għalhekk kien responsabbli għall-investigazzjoni tal-qtil. L-oħrajn li saret il-kawża kontrihom, jiġifieri l-Avukat tal-Istat, il-Ministru tal-Intern u Arnaud innifsu ma kellhomx ikunu intimati fil-kawża.

Fir-rigward tat-talbiet ta’ Fenech, il-Qorti ma daħlitx fil-mertu, billi osservat li Fenech ma kienx eżawrixxa r-rimedji ordinarji. Fenech seta’ ressaq rapport jew ilment kriminali u segwa dan bi proċeduri ta’ kontestazzjoni quddiem il-Qrati tal-Maġistrati.

Kieku kellu provi “inkriminanti” kontra Schembri, kif sostna, seta’ ressaq rikors quddiem il-Qrati ordinarji biex it-talba tiegħu tiġi eżaminata minn Qorti indipendenti li setgħet tordna lill-kummissarju tal-Pulizija biex jieħu azzjoni. Dik l-isfida setgħet ġiet segwita b’mod “prattiku, effettiv u effiċjenti” fir-rigward tal-allegat ksur ta’ Yorgen Fenech tad-drittijiet fundamentali, sostna l-Imħallef Mintoff, biex b’hekk żamm lura milli jieħu aktar għarfien tat-talbiet ta’ Fenech.

Fenech kien qed jgħid li kunflitt bħal dan irriżulta mir-“relazzjoni mill-qrib” ta’ Arnaud ma’ Keith Schembri, iċ-chief of staff tal-eks Prim Ministru u wkoll eks familjarità mill-qrib ta’ Fenech innifsu. Skont dak li Schembri kien allegatament qal lil Fenech, Arnaud kien talab l-għajnuna tal-eks chief of staff f’Kastilja biex jikseb impjieg għal martu.

Fil-fatt, mart Arnaud ħadet impjieg f’Infrastructure Malta f’Jannar 2019, qal Fenech. Huwa sostna wkoll li Schembri kien se jikseb informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet tal-qtil mingħand Arnaud. Dik l-informazzjoni kompliet estiża għal dettalji dwar l-arrest skedat tat-tliet suspettati hitmen, jiġifieri l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.

Meta kien skortat lejn il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija wara l-arrest tiegħu, Fenech sostna li kien iltaqa’ minn Arnaud li wissieh biex joqgħod attent meta jimplika persuni oħra fil-qtil. U meta staqsa lill-investigatur jekk dik kinitx referenza għal Schembri, allegatament Arnaud wieġeb fl-affermattiv.

L-ex-chief of staff’s office f’Kastilja ma kienx imfittex mill-Pulizija u t-talba ta’ Fenech lill-awtoritajiet tal-Pulizija biex jitneħħa l-investigatur ewlieni, ġiet miċħuda. Għal Yorgen Fenech dehru l-Avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri.