Sport Sport Ieħor

Mountain Bike: It-tim Nazzjonali Malti f’Verona fi tmiem il-ġimgħa

It-tim Nazzjonali tal-Mountain Bike nhar il-Ħadd li ġej se jkun qiegħed l-Italja sabiex itellaq fil-Verona MTB International.

It-tim Malti se jkun irrapreżentat minn Luke Borg, Clyve Chetcuti, Stefan Scerri u Brandon Sultana.

Luca Braidot, sewwieq Taljan rebbieħ ta’ żewġ tiġrijiet tal-XC World Cup is-sena li għeddiet, se jkun il-mistieden speċjali tat-tiġrija.

Il-kontinġent Malti se jkun magħmul ukoll mill-uffiċjali tal-MMBA Mark Bonnici u Maurice Formosa.