Sport Sport Ieħor

Powerlifting: Is-Sibt li ġej issir l-aħħar kompetizzjoni ta’ kwalifika għall-Kampjonati Mondjali tal-IPF

Nhar is-Sibt li gej, l-għaqda Maltija tal-Powerlifting (MPL) se tniedi l-aħħar kompetizzjoni li fiha reffiegħa Maltin jistgħu jikkwalifikaw għall-Kampjonati Mondjali tal-IPF, li se jsiru f’Ġunju li ġej f’pajjiżna.

Dan l-avveniment qajjem interess kbir fost id-dilettanti lokali, tant li xejn inqas minn 46 parteċipant, nisa u irġiel, applikaw biex jieħdu sehem. Fil-fatt, il-kompetizzjoni se tinqasam f’żewġ sessjonijiet.

Lewwel waħda tibda fit-8:30am u t-tieni tibda fis-13.30.

Din il-kompetizzjoni se ssir fi Steel Extreme Fitness Gym tal-Mosta, fejn huma mistennija riżultati eċċellenti minn reffiegħa stabbiliti u ta’ esperjenza, kif ukoll xi rizultati tajbin oħra minn reffiegha zagħzagħ u promettenti fix-xena lokali.