Fl-aħħar sigħat komplew joħorġu aktar ritratti li jikkonfermaw l-istat li jinsab fih l-isptar Mater Dei, b’diversi pazjenti fil-kurituri, swali maħnuqa bl-istretchers, mobile toilets li qed jintużaw bħala showers u pressjoni kbira fuq l-Emerġenza.
Kien l-MEP David Casa li dalgħodu ppubblika serje ta’ ritratti li waslu għandu u li jikkonfermaw din is-sitwazzjoni.
Net News ilu ġimgħat sħaħ jirrapporta u jitfa’ dawl fuq dak li qed jiġri f’Mater Dei, b’detriment mhux biss għall-pazjenti infushom iżda anke għat-tobba u l-infermieri li jaħdmu fl-isptar. B’espert mediku jgħidilna li dan kollu huwa frott tal-immaniġjar ħażin li ġej minn fuq.
“Tmexxija diżastru, u tagħha qed inabtu aħna t-tobba u l-infermieri. Mhux sew fuq il-pazjenti”, qalilna dan il-professur.
Infermieri ieħor li tkellem ma’ Net News stqarr li din issa saret sitwazzjoni tal-biki li l-Gvern qed jinjora għal kollox.
Kellmuna wkoll diversi pazjenti li qalulna kemm jinsabu urtati għall-fatt li Mater Dei spiċċa minsi mill-Gvern, biex imbgħad mar jagħti l-miljuni lil ta’ Steward.
//= $special ?>