Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħamis filgħodu laqa’ fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali lil Mark Galea Pace fejn awguralu għall-avventura li kellu fuq il-muntanja Everest.
Ftit tal-jiem ilu Mark kien jinsab fin-Nepal fejn hemmhekk wettaq sfida partikolari… dik li jgħin fit-tindif taz-zoni fl-Everest illi minnhom jgħaddu dawk kollha li jkunu qed jixxabbtu ma’ din il-muntanja.
Bernard Grech qal li persuni bħal Mark huma ta’ aspirazzjoni għal ħafna nies, filwaqt li ħeġġeġ biex aktar persuni jagħmlu kampanji ta’ dan it-tip li jżidu l-kuxjenza favur l-ambjent ta’ madwarna.
Min-naħa tiegħu Mark Galea Pace sostna li għalkemm din l-avventura kienet waħda diffiċli mil-lat kemm fiżiku kif ukoll mentali, jinsab sodisfatt immens li rnexxielu jasal sal-base camp fuq il-muntanja Everest f’għoli ta’ iktar minn 5,000 metru.
Dan il-clean up sar bħala parti mill-kampanja Coast is Clear, li l-fundatur tagħha huwa l-istess Galea Pace. Permezz ta’ din il-kampanja qed jinħoloq iktar għarfien dwar il-ġbir tal-iskart u biex jitħares iktar l-ambjent ta’ madwarna.
//= $special ?>