Internazzjonali

Il-G20 fl-Indja: Blinken jinforma lil Lavrov li l-Istati Uniti hi ‘impenjata favur l-Ukrajna’

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinkin u l-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov iltaqgħu għall-ewwel darba wiċċ-imb-wiċċ mill-bidu tal-Gwerra tal-Ukrajna ‘il hawn; b’din il-laqgħa ssir wara l-kwinti tat-taħditiet tal-G20 f’Delhi.

Id-diskussjoni damet biss għal ftit minuti, fost rapporti li Blinken informa lil Lavrov li l-Istati Uniti se tibqa’ tappoġġja lill-Ukrajna ‘għaż-żmien kollu li hemm bżonn’.

U għalkemm ir-reazzjoni ta’ Lavrov baqgħet mhix magħrufa, ma kien hemm assolutament l-ebda indikazzjoni li r-Russja tista’ qed taħseb biex tirrevedi l-politika għall-gwerra attwali.

Aktar qabel, u waqt it-taħditiet tal-G20, Blinken kien qal ċar u tond li l-laqgħat tallum qed isiru taħt id-dell ‘tal-gwerra mhix ġustifikata mibdija mir-Russja’ . Dan waqt li Lavrov akkuża lill-Punent b’li ‘tefa’ taħt tapit’ il-ftehim li għandu jippermetti l-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna.