“Il-ħaddiema li kienu ngaġġati minn Steward għadhom qed jiġu diskriminati. U l-UĦM ma tistax tibqa’ gallarija quddiem dan kollu. Għalhekk, se nieħdu sehem fil-protesta nazzjonali tal-Ħadd.”
Dan sostnieh il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella fi stqarrija illi fiha kkomferma li l-UĦM se tattendi l-protesta nazzjonali li ssejħet għal nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt Valletta wara d-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isparijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care.
Fl-istqarrija intqal ukoll li għalkemm dawn il-ħaddiema ta’ Steward jagħmlu l-istess xogħol bħall-kollegi tagħhom li huma fuq il-kotba tal-Gvern, spiċċaw għandhom kundizzjonijiet inferjuri. Dan kollu jmur kontra l-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol tal-istess valur u għalhekk dan huwa forma ta diskriminazzjoni.
Fl-istqarrija, l-UĦM ħabbret ukoll li se tattendi għall-protesta nazzjonali fl-isfond tal-kawża separata li fetħet kontra l-Gvern. Dan wara li dan tal-aħħar ma onorax ftehim bil-miktub li fih kien ta il-kelma tiegħu lil-ħaddiema ta’ Steward sabiex ikunu trasferiti mal-Gvern bl-istess kundizzjonijiet ta’ sħabhom fuq il-kotba tal-Gvern.
Intant, l-Erbgħa waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella fejn iddiskuttew it-triq ‘il quddiem wara li l-Qorti annullat id-deal tal-isptarijiet li ghamel il-Gvern Laburista. Bernard Grech innifsu feraħ lill-UĦM għall-pożizzjoni li dejjem ħadet il-union fuq din il-kwistjoni tal-isptarijiet.
//= $special ?>