Internazzjonali Lokali Saħħa

Jibda x-xogħol fuq il-binja ta’ Puttinu Cares f’Londra

Puttinu Cares jinsabu Londra hekk kif beda x-xogħol fuq il-binja tagħhom filwaqt li saħqu li l-imħabba li l-poplu Malti u Għawdxi juri ma dawn in-nies fil-bżonn ma tmut qatt.

Bħalissa Puttinu Cares qed isegwu l-progress tal-binja li nxtrat sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jagħmel użu minnha bla ħlas f’mumenti ta’ bżonn. Wara 7 snin ta’ tfittxija Puttinu Cares irnexxielhom isibu din il-propjetà li propju tinsab 10 minuti mixja ‘il bogħod mill-isptarijiet fiċ-ċentru tal-Londra. Din il-binja hija saħansitra bla ċens sabiex tibqa’ propjetà ta’ pajjiżna għal dejjem.

Il-binja nxtrat mill-flus li nġabru mid-donazzjonijiet tal-poplu li ġew investiti b’għaqal, onesta u serjeta kbira. Barra minn hekk, applikaw għal sular ieħor sabiex jakkomodaw aktar nies fejn saħqu li dan se jkun proċess twil iżda bil-għajnuna ta’ kulħadd jaslu.

Puttinu Cares se jagħmlu maratona fil-Ġimgħa l-Kbira sabiex ikunu jistgħu jgħinu aktar pazjenti filwaqt li jagħmlu l-ħolma tal-binja realtà.