Lokali

Konġestjoni ta’ traffiku wara li nqaleb kontejner f’Ħal Qormi

F’Ħal Qormi kien hemm konġestjoni ta’ traffiku wara li nqaleb kontejner.

L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta ta’ 11:45am fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi. Il-Pulizija marru fuq il-post sabiex jikkontrollaw it-traffiku filwaqt li għamlu appell sabiex is-sewwieqa jagħmlu użu minn toroq alternattivi.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ kaġun ta’ dan l-inċident.