Internazzjonali

Protesti kbar fil-Greċja wara t-traġedja f’Larissa

Protesti kbar fil-Greċja wara l-inċident tal-ferroviji illi ħalla 43 persuna mejta. Dan hekk kif bosta qed jgħidu li din kienet traġedja li kienet kważi mistennija li sseħħ.

Id-dimostranti li niżlu fit-toroq ġew fl-idejn mal-Pulizija quddiem il-kwartieti tal-kumpanija f’Ateni li tmexxi s-sistema tal-ferroviji u t-tiswija tal-binarji. Protesti oħra kienu organizzati f’Thessaloniki kif ukoll f’Larissa, fejn seħħ l-inċident.

Il-Gvern minn naħa tiegħu qed jgħid li l-investigazzjoni għandha twettaq ġustizzja.