Lokali

Raġel li kien qiegħed isuq scooter iweġġa’ gravi wara inċident fi Triq Buqana

Raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Buqana, fil-limiti tar-Rabat. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30am.

Din il-kamra tal-aħbarjiet ġiet infurmata li r-raġel sofra ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura tal-għamla BMW waqt li kien qed isuq e-kick scooter. Il-vettura kienet qed tinstaq minn mara ta’ 28 sena residenti l-Imtarfa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-iscooter l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Fil-mumenti ta’ wara l-inċident, it-triq kienet tinsab magħluqa għat-traffiku bis-sewwieqa ġew imħeġġa jużaw toroq alternattivi kaġun ta’ dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.