Lokali

“Wegħduna ġenna tal-art u ma tawna xejn” – MUMN

Wegħduna l-ġenna fl-art… wegħduna nifs ġdid iżda d-dan id-deal mal-ewwel deher artifiċjali… ma beda jsir xejn u kollox sigriet. 300 miljun minn ħalq il-poplu li swewlna qares mhux min-naħa ta’ finanzi biss imma anke mil-lat ta’ saħħa.

Il-Ħamis filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħat mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel fid-dawl tal-aħħar żviluppi li seħħew relatati mad-deal mal-Vitals fejn l-MUMN  urew it-tħassib tagħhom għall-istat li jinsab fih is-settuertas-saħħa.

Il-President tal-MUMN Paul Pace qal li l-union ilha għal żmien twil tħoss li dan id-deal kien wieħed frawdalenti. Saħaq li dak li ħareġ minn dan id-digriet  juri b’mod ċar li kien hemm kumplott ta’ tliet atti.

Paul Pace qa li dawn kienu 300 miljun minn ħalq il-poplu li swewlna qares mhux min-naħa ta’ finanzi biss imma iktar minn hekk għax l-investiment li kellu jsir qatt ma eżista. U mhux talli ma sarux l-proġetti min-naħa ta’ Steward, iżda saret ħsara anke għall-progetti li kellhom isiru min-naħa tal-Gvern.

Huwa għamel referenza għal għaxar postijiet fl-Isptar Mater Dei li mhumiex disinjati biex jilqgħu lill-morda fihom… bil-pazjenti spiċċaw mingħajr ebda dinjita u l-ħaddiems spiċċaw jaħdmu f’kundizzjonijiet mhux xierqa.

Waqt l-istess laqgħa Paul Pace sostna li l-fatt li jkollok staġnar fis-settur tas-saħħa b’popolazzjoni li dejjem qed tikber, hija xi ħapa li qatt ma saret fl-ebda pajjiż Ewropew.

Il-President tal-MUMN jispera li dawk il-miljuni kollha li nsterqu mill-poplu Malti jintraddu lura u verament jibda jsir investiment serju fis-settur tas-saħħa.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-PN Bernard Grech qal li pajjiżna jinsab fi żmien delikat fejn qed issir ġlieda biex is-sistema tas-saħħa tkun aħjar kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema. Dan hekk kif il-pazjenti u anke l-ħaddiema mhux jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.

Bernard Grech qal li l-ħaddiema kollha huma imprezzabbli għalhekk huwa meħtieġ li dawn jingħataw is-sostenn kollu li għandhom bżonn. 

Dwar il-kwistjoni tad-deal ma’ Vitals, saħaq li dak li ħareġ mill-Qorti juri b’mod ċar kemm is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna għandu bżonn tassew jingħata prijorita. Il-Partit Nazzjonalista huwa komess li jagħti garanzija  li l-ebda infermier u ebda ħaddiem m’għandu jbati minħabba n-nuqqasijiet serji tal-Gvern.

Preżenti għal din il-laqgħa mat-tmexxija tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-kura primarja u s-saħħa mentali Ian Vassallo.