Dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat
b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 22 sena. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

