Fit-28 ta’ Frar tfakkar l-140 anniversarju minn mindu beda s-servizz tal-ferrovija f’Malta.
Is-Sibt filghodu Net News żar wirja li qed tittella’ fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Birkirkara fejn seta’ jara u jammira x-xogħol tal-Fondazzjoni Malta Railway u kif ukoll ix-xogħol ta’ dawk kollha involuti biex ikomplu jkabbru l-għarfien tal-vapur tal-art f’pajjiżna.
Tkellimna ma’ Paul Galea, il-fundatur u ċ-Chairman ta’ din il-Fondazzjoni fejn qalilna aktar dwar il-ħidma li saret fl-aħħar snin biex l-istorja tal-ferrovija f’Malta ma tintilifx.
Iltqajna wkoll ma’ Michele Chircop, fejn ħadem fuq numru ta’ arloġġi tal-epoka tal-ferrovija f’pajjiżna u spjegalna l-funzjoni tal-arloġġ.
Il-pubbliku jista’ jattendi għal din il-wirja sal-Ħadd 5 ta’ Marzu fejn wieħed se jkollu l-okkażjoni jkun parti minn eżebizzjoni ta’ mezzi tat-trasport li kienu jintużaw fl-imgħoddi f’pajjiżna.
//= $special ?>