Lokali

David Agius elett Viċi President tal-European Union of Christian Democratic Workers

Id-Deputat Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius ġie elett bl-akbar numru ta voti fil-kariga ta’ Viċi President tal-European Union of Christian Democratic Workers (EUCDW) tal-Partit Popolari Ewropew (PPE).

David Agius ġab l-akbar ammont ta’ voti (95.8%) f’din l-elezzjoni ta Vici President li saret waqt il-Kungress tal-EUCDW f’Ruma, li matulu ġie elett ukoll bħala President l-Ewroparlamentari Ġermaniż Dennis Radtke. L-EUCDW tħaddan fiha 24 moviment tal-ħaddiema minn 18-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

Matul dan il-kungress taw l-messaġġ tagħhom il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, ic-chairman ta’ l-EPP Manfred Weber, David Casa MEP u Prof. Rocco Buttiglione ex Ministru Taljan fost oħrajn.

Il-Kungress approva ukoll riżoluzzjoni li tiffoka fuq it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea.

F‘Ruma, d-Deputat tal-PN David Agius tkellem ukoll dwar l-politika socjali ewropeja u dwar l-futur tal-Partit Popolari Ewropew fid-dawl ta’ l-elezzjonijiet ewropej li ser isiru s-sena d-dieħla.