Lokali

GĦADA: Protesta Nazzjonali fil-Belt Valletta mit-3:30pm ‘il quddiem

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino wassal l-appell tiegħu sabiex għada kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista għall-protesta nazzjonali li se tibda fit-3:30 minn Pjazza Kastilja.

Michael Piccinino spjega uħud mir-raġunijiet għaliex in-nies għandhom jingħaqdu ma’ din is-sejħa li għamel Bernard Grech fil-bidu tal-ġimgħa:

“Għada niltaqgħu quddiem Kastilja biex ngħatu messaġġ lil Robert Abela ma jistax jibqa’ għaddej kollox normali qisu xejn mhux xejn. Għada niltaqgħu għax ma jistax ikun li l-Qorti jiddikjara l-kuntratt tal-isptarijiet korrott u frowdalenti u qisu xejn mhux xejn. Għada niltaqgħu għax ma jistax ikun li f’pajjiżna l-PBS jibqa’ jkun magna ta’ propoganda tal-Gvern. Għada niltaqgħu għax mhux aċċettabbli li jkun hemm mewta traġika fuq xogħol u Robert Abela ikun iktar moħħu li jgħatti għal xi ħadd milli li jagħmel inkjesta pubblika biex naraw li qatt ma jerġa jiġri l-istess. Għada niltaqgħu għax int jixraqlek aħjar.”

Anke l-MŻPN permezz tal-media soċjali appellaw liż-żgħażagħ biex jingħaqdu ma’ din il-protesta, għaliex il-pajjiż għandu jżomm accountable lill-mexxejja tiegħu.