Lokali

“Ħadd ma ċempilli, lanqas Robert Abela” – is-Sindku Laburista tal-Gżira

“Jien qiegħed hemm għaż-żgħir, ma nafx nerġax nikkontesta mal-Partit Laburista, il-Partit iżda mhux ta’ dawn l-4 persuni biss”

Hekk sostna s-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manché tul il-programm Andrew Azzopardi on 103 meta kien mistoqsi dwar jekk Robert Abela kellmux dwar il-kontroversja tar-rilokazzjoni tal-pompa tal-petrol qrib ġnien fil-Gżira u ammetta li m’huwiex ċert jekk hux se jerġa’ jkun kandidat f’isem il-Partit Laburista.

Din mhux l-ewwel darba li Conrad Borg Manché kritika lill-Gvern Laburista u qal li ġie mwarrab. F’Jannar li għadda tkellem dwar il-qerda ambjentali kontinwa li qed tissokta fil-pajjiż.

Fuq Facebook is-Sindku Laburista rreaġixxa għal tqaċċit ta’ ħarruba fejn minflokha issa se jkunu qed jinbnew appartamenti fiz-Zonqor.