Il-Gvern permezz ta’ stqarrija maħruġa llum, stqarr illi qed jidentifika s-soluzzjonijiet għat-traffiku. Dan minkejja li n-nies ilhom xhur sħaħ jilmentaw dwar is-sitwazzjoni fit-toroq tagħna, u l-fatt li l-Gvern m’għandu ebda pjan.
Jidher li fl-aħħar jiem il-Ministeru tat-Trasport organizza laqgħa mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji fejn saret diskussjoni dwar din il-kwistjoni.
F’din il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji Abigail Mamo qalet li t-traffiku jaffettwa lill-membri kollha tagħha u għalhekk tilqa’ l-konsultazzjoni li qed ssir biex titjieb din is-sitwazzjoni. Għalkemm il-Gvern fl-istqarrija fl-ebda ħin ma qal x’se jkunu dawn is-soluzzjonijiet.
Dawn il-laqgħat bit-titlu ‘Deċiżjoni b’direzzjoni: djalogu dwar trasport u mobilità’, qed ikunu mmexxija mill-konsulent u akkademiku l-Prof Gordon Sammut.
//= $special ?>