Tal-anqas 17-il persuna tilfu ħajjithom wara li kumpless tal-fjuwil inħakem minn nirien qawwi.
Sfortunatament, fost il-fatalitajiet hemm żewġt itfal. Barra minn hekk, tal-anqas 50 persuna ġarrbu l-ġrieħi kaġun ta’ dan in-nirien li dam ‘il fuq minn sagħtejn.
In-nirien ħakem ukoll xi djar hekk kif din iż-żona f’Jakarta għandha popolazzjoni densa. Filmati fuq il-midja soċjali juru n-nirien li ħakmu dan il-kumpless kif ukoll jinstemgħu xi splużjonijiet. Diversi residenti kellhom jiġu evakwati sabiex ikunu protetti fejn dawn ittieħdu f’moskea ftit ‘il bogħod miż-żona.
Nies li kienu fiż-żona qalu li dak il-ħin kien hemm kaos kbir filwaqt li diversi persuni kienu fi stat kbir ta’ paniku.
//= $special ?>