Ungeriż ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fin-Naxxar.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tal-10:45 fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-Ungeriż tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’ minn fuqu.
Tim mediku mar sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-Ungeriż l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>