Żagħżugħ Albaniż qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birżubbuġa.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tad-8:45 fi Triq Birżubbġa, f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Albaniż ta’ 25 sena ntlaqat minn karozza li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa stess.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-Albaniż l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>