“Ma nifhimx kif fl-istess żmien li qed titwettaq din l-inizjattiva importanti, f’inħawi varji jibqgħu għaddejjin proġetti oħra fiċ-ċentri ta’ irħula biex jitneħħew spazji ħodor li diġà jeżistu u fuqhom jittella’ l-bini”.
Dan hu dak li qal l-MEP Laburista Alfred Sant fejn ta ħarsa lejn Project Green immexxi minn kandidat Laburista prospettiv Steve Ellul, bl-eks Mexxej Laburista jgħid li jittama li meta jsiru proġetti ta’ ħdura fil-lokalitajiet tajjeb li ma jkunux tlett kwarti konkrit u kwart siġar u xtieli daqt imutu bin-nixfa u n-nuqqas ta’ kura.
Għall-istess messaġġ fuq Facebook, kien hemm numru ta’ persuni li qablu ma’ Sant u tennew li rridu nkunu realisti u mhux inħottu knisja biex nibnu oħra. Oħrajn kritikaw l-aħħar deċizzjonijiet li jippermettu li pompa tal-petrol tinbena fejn ġnien.
Oħrajn kritikaw il-fatt li l-Gvern qed litteralment jitmejjel bil-poplu meta jgħid li se jkun qed iwettaq proġetti bħal dawn, għax qed jtik min-naħa u jeħodlok min-naħa l-oħra.
//= $special ?>