Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT…. 18
EXILES WELBEE’S……….. 8
(4-1), (3-2), (4-1), (7-4)
Rebħa konvinċenti għal Sliema Frank Salt li biha baqgħu b’punti massimi fi Grupp A. Is-Slimiżi fetħu bl-aħjar mod possibbli u bnew vantaġġ ta’ 3-0 biż-żagħżugħ Jayden Cutajar jiskorja tnejn minnhom.
Il-vantaġġ Slimiż kompla jikber gradwalment għalkemm Exiles baqgħu jippruvaw iżommu l-livell. Kien fit-tielet sessjoni li permezz ta’ tliet gowls konsekuttivi, Sliema għamlu l-iskor 11-4 u aċċertaw mir-rebħa. L-aħħar sessjoni kienet aktar miftuħa, b’Sliema jkabbru l-vantaġġ filwaqt li Exiles pruvaw iżommu d-distakk l-iktar baxx kemm setgħu. Fatt interessanti li għat-tieni darba f’dan il-kampjonat, skorja l-gowlkiper ta’ Exiles Matthew Castillo b’xutt mil-lasta tiegħu.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (3), D. Rizzo, S. Engerer (1), B. Cachia (1), J. Cutajar (2), M. Mifsud, E. Schembri (2), Z. Mizzi (2), D. Zammit (2), A. Bugeja, J. Sciberras (2)
Exiles: M. Castillo (1), Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, M. Paris Roding, M. Martellacci, S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris (1), D. Fenech, M. Aquilina (1), N. Saliba (4), F. Buhagiar, N. Burlin, A. Farrugia
Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele
VALLETTA IZIBET…….. 18
BARRACUDAS……………… 4
(4-0), (5-1), (4-2), (5-1)
Valletta Izibet irritornaw għar-rebħ wara ż-żewġ telfiet konsekuttivi. It-tliet punti kienu mistennija kontra avversarju ta’ livell differenti u b’hekk il-konfront li jmiss kontra Birżebbuġa se jkun determinanti għal min ikompli t-tieni fażi fil-Kampjonat Premier.
Doppjetti ta’ James Spiteri Staines u Jayden Cassar fl-ewwel sessjoni wittew it-triq għar-rebħa Beltija. Huma kabbru d-distakk għal 7-0 sakemm Christian Attard naqqas id-distakk minn penalty. Fit-tielet sessjoni spikka Kieyan Borg bi tripletta, b’Valletta baqgħu jiddominaw sat-tmiem.
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines (3), Z. Micallef, J. Cassar (3), S. Busuttil, K. Borg (6), D. Paolella, J. Chircop (2), S. Micallef (1), A. Agius (3), M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma
Barracudas: C. Bugeja, J. Erdogan, A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar (3), R. Sciortino, S. Debono Grech, C. Attard (1), N. Majstorovic, S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud, M. Borg, S. Camilleri, K. Cauchi
Referees: Neville Mercieca, Peter Balzan
OTTERS NIVEA………………….. 5
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 19
(0-6), (3-4), (1-5), (1-4)
Faċli għal Neptunes Videoslots kontra t-tim Għawdxi. Il-kowċ ta’ Neptunes Dorian Pisani għażel li jibda bl-aqwa formazzjoni possibbli, b’distakk ta’ sitt gowls fl-ewwel sessjoni.
Mat-tmien gowl ta’ Neptunes waqt it-tieni sessjoni, Otters wettqu reazzjoni u naqqsu d-distakk għal 8-3 sakemm Jordan Camilleri u Sam Gialanze daħħlu lil Neptunes jistrieħu 10-3. Minkejja d-distakk, Neptunes baqgħu bi skwadra b’saħħitha għal ħafna ħin inkluż mumenti mill-aħħar sessjoni, b’Otters ma setgħux ilaħħqu mal-avversarji.
Otters: M. Xerri, D. Dimech, K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (2), A. Bianchi (1), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), K. Saliba, M. Farrugia, A. Dimech (1), M. Grech
Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja (1), S. Gialanze (2), G. Pace (2), L. Mallia, M. Zammit (2), M. Castillo, J. Camilleri (5), R. Galea (1), J. Bajada (1), A. Fenech (4), E. Mallia (1), M. Farrugia, A. Fava
Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari
//= $special ?>