Internazzjonali

Kolombja: Jinħelsu l-Pulizija li kienu qed jinżammu bħala ostaġġi

79 Uffiċjal tal-Pulizija nħelsu wara li kienu qed jinżammu bħala ostaġġi. Dan ħabbru l-President Gustavo Pedro.

It-tensjoni fil-provinċja ta’ Caquetà fil-Kolombja bdiet il-Ħamis li għadda fejn saħansitra swiet il-ħajja ta’ Uffiċjal tal-Pulizija u anke xi ċivili.

Il-folol assedjaw il-kumpless tal-kumpanija Emerald Energy li qed tħaffer għaż-żejt – bir-residenti qed jinsistu biex il-kumpanija tgħin fit-tiswija tat-toroq u l-bini ta’ infrastruttura ġdida fiż-żona.

Wara l-ħelsien tal-Pulizija Pedro ħatar investigazzjoni sabiex jinqabdu dawk responsabbli mill-qtil ta’ żewġ persuni li inqatlu b’tiri.