“Kulħadd huwa parti mill-bidla li għandu bżonn dan il-pajjiż u kulħadd għandu jkun parti minn din il-bidla. Għalhekk ejje nkomplu naħdmu id f’id.”
Kien dan il-qofol tal-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta s-Sibt filgħodu indirizza s-sesssjoni tal-għeluq wara li saru numru ta’ workshops mas-Sindki u Kunsillera tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, Bernard Grech irringrazzja lill-kunsillieta kollha li b’impenn sħiħ jaħdmu b’risq il-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.
Huwa appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu ħallli verament ikun hemm differenza anke fil-ħidma tal-istess Kunsilli Lokali.
Bernard Grech ħabbar li fil-ġranet li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jkun qed japprova strategija għall- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
Is-sessjoni tal-ftuħ kienet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Darren Carabott kif ukoll mill-President tal Kullegg Kunsillieri Charles Bonello.
Matul in-nofstanhar ta’ filgħodu saru erba’ workshops differenti fejn matulhom il-Kunsilliera tkellmu dwar il-ħidma tagħhom fil-lokalitjieta kif ukoll dwar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom.
Matul il-laqgħat saret diskussjoni dwar id-dokument ‘Gvern lokali ta’ vera’ – dokument li jitfa’ iktar dawl fuq il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fi ħdan il-Kunsilli Lokali hekk kif il-Partit minn dejjem kellu għal qalbu l-ħidma fil-lokalità. Fosthom il-bżonn li jkun hemm iktar infurzar lokali anke fid-dawl ta’ nuqqas ta’ sigurta li dejjem qed tikber fit-toroq ta’ pajjiżna.
Matul dawn il-workshops kienet diskussa wkoll il-prepazzjoni li qed issir għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jrisu fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Fejn il-Partit bħalissa għaddej b’ħidma sabiex jagħżel l-aħajar kandidati li se jirrappreżentaw bl-aħjar mod lir-residenti fil-lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
//= $special ?>