Rowen Camilleri
STA. LUCIA………2
PIETÀ H……………1
Sta. Lucia: M. C. Cremona, L. Fonseca, N. Pulis, R. Bairam, K. Nwoko (T. Rier 90+2’), L. Ayad (D. Pacheco 90+3’), J. Pisani, F. Rodrigues (D.Xuereb 70’), R. Soares, Y. Terzi (J. Zerafa 90+4’), R. Hehedosh (J. Tanti 88’)
Pietà H: S. Moschin, S. Okoh, C. Bangura, O. Temitope, J. Ghio, T. Agius, A. Hovhannisyan (T. Yamaguchi 51’), K. Leonardi (I. Gatt 89’), A. S. Wismayer (K. Catania 83’), Z. Leonardi, D. Rodrigues (K. Briffa 52’)
Tkeċċa: R. Soares 61’ (Sl)
Skorjaw: K. Nwoko 39’, 76’(Sl), T. Yamaguchi 63’ (P)
Referee: Matthew Degabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Kyrian Nwoko (Sta. Lucia)
BOV Plejer tal-logħba: Kyrian Nwoko (Sta. Lucia)
Santa Lucia kisbu rebħa f’konfront dirett minn naħa t’isfel meta fl-ewwel logħba mill-21 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1. Santa Lucia għamlu aktar minn nofs siegħa jilagħbu bi plejer inqas wara li fil-61 minuta tkeċċa għalihom Rodolfo Soares wara li kkommetta penalty u dabbar it-tieni karta safra.
Is-Saints fetħu l-iskor fid-39 minuta meta Kyrian Nwoko sab ruħu quddiem Moschin u b’xutt fil-baxx tefa’ ġewwa biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur Santa Lucia.
Fit-tieni taqsima l-affarijiet bdew iduru favor Pietà fejn fil-61 minuta Matthew Degabriele saffar għal penalty wara foul ta’ Rodolfo Soares fuq Yamaguchi, bid-difensur Brażiljan jingħata t-tieni karta safra u Santa Lucia jispiċċaw b’għaxra minn nies. Mill-11-il metru l-istess Takuma Yamaguchi ra x-xutt tiegħu ikun milqugħ parzjalment minn Calleja Cremona iżda mir-rebound reġa’ kien l-atakkant Ġappuniż li tefa’ ġewwa u l-iskor lura f’parità.
Minkejja s-superjorità numerika tal-Hotspurs, kienu Santa Lucia li reġgħu skorjaw il-gowl li kellu jkun dak tar-rebħa, bl-eks plejer ta’ Valletta u Floriana Kyrian Nwoko jerġa jgħeleb għat-tieni darba lil Moschin biex ta tliet punti lil Santa Lucia u tefa’ lil Pietà f’aktar inkwiet fejn issa jinsabu viċin li jkunu matematikament relegati għaċ-Challenge League.
