F’post fuq il-midja soċjali l-MŻPN wasslu l-appell tagħhom sabiex il-poplu jattendi l-proposta nazzjonali ta’ nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt Valletta…protesta li se tibda għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar.
MŻPN saħqet li bis-sentenza tagħha l-Qorti kkonfermat li l-kuntratt li kien sar mal-Vitals kien hemm ħafna frodi. Dan meta l-kuntratt oriġinarjament kellu jsaħħaħ is-settur tas-saħħa ta’ pajjiżna. MŻPN sostniet li din kienet serqa ta’ €300 miljun mill-but tal-poplu Malti u Għawdxi….€300 miljun li marru għand tal-qalba.

