Ewropa Lokali

AĠĠORNATA: “Il-futur tal-Ukrajna hu fl-Unjoni Ewropea”

Għat-tieni darba mill-bidu tal-gwerra, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola żaret l-Ukrajna fejn kellha laqgħat fost l-oħrajn mal-Ispeaker tal-Parlament Ukren Ruslan Stefanchuk. Hawn, Metsola tenniet l-impenn tal-UE favur l-Ukreni u insistiet li l-futur ta’ dan il-pajjiż hu fl-Unjoni Ewropea.

Iż-żjara tal-bieraħ fil-belt ta’ Lviv saret f’anqas minn xahar minn meta l-istess Metsola laqgħet fil-Parlament Ewropew lill-President Ukren Volodymr Zelensky.

Intant, matul il-jum tas-Sibt il-President tal-Parlament Ewropew ipparteċipat ukoll f’ċerimonja simbolika li matulha poġġiet kuruna tal-fjuri fiċ-ċimiterju fejn hemm midfuna l-vittmi tal-gwerra. U aktar tard kellha laqgħa mal-President Zelensky.