ŻURRIEQ………….1
ŻEJTUN C…………4
Żejutn Corinthians skorjaw erba’ darbiet fit-tieni taqsima biex kisbu rebħa ta’ 4-1 kontra Żurrieq wara li dawn tal-aħħar kienu 1-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima. Din kienet rebħa importanti għaż-Żwieten li żżommhom fit-tielet post b’41 punt.
Kienu Żurrieq li fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz tal-plejer veteran u captain Mauro Bonnici biex l-ewwel taqsima ntemmet favur iż-Żrieraq.
Madankollu dan m’affetwa xejn lill-iskwadra mmexxija minn Orosco Anonam hekk kif fit-tieni taqsima wettqu reazzjoni mill-aqwa fejn f’perjodu ta ‘ żewġ minuti fid-59 u s-60 minuta dawwru r-riżultat favur tagħhom b’gowls ta’ Kenley Scerri u Jesus Andres Yepez Morlet rispettivament.
Il-Corinthians ma’ kienux kuntenti u riedu jserrħu rashom mit-tliet punti u fit-88 minuta wasal it-tielet gowl minn Nick Ghio biex Jesus Andres Yepez Morlet fit-tieni minuta tal-ħin miżjud għaqqad doppjetta personali u r-raba’ gowl għal Żejtun Corinthians.
