Rowen Camilleri
ŻEBBUĠ R…………0
SIRENS………………1
Żebbuġ R: J. Azzopardi, H. Motta, S. Bugeja, L. Almeida, Y. Tonna, A. Mizzi (A. Soto 61’), S. Jankovic (S. Miloskovic 61’), C. L. Ngoy, R. Sanchez, J. Machedo, J. Gesualdi (K. Bondin 81’)
Sirens: M. Grech, G. Camilleri, K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott (S. Sessegnon 77’), A. Borg, J. Walker, A. Vaikainah, R. Correa, I. Kolev (S. Arab 88’), D. Jackson
Skorjaw: L. Almeida (Ag) 53 (S)
Imwissija: J. Machedo 84’, H. Motta 90+1’ (Ż), K. Sano 58’, A. Borg 84’, R. Correa 90+1’ (S)
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Luke Portelli u James Muscat
BOV Plejer tal-logħba: Riccardo Correa (Sirens)
Sirens kisbu rebħa importanti li tbiegħdhom mit-tlettax-il post bi tmien punti, meta fl-aħħar logħba tas-Sibt mill-Kampjonat BOV Premier għelbu lil Żebbuġ Rangers 1-0. Min-naħa l-oħra Żebbuġ b’din it-telfa ġew biss tliet punti fuq it-tim ta’ warajhom Santa Lucia li fil-partita l-oħra diretta min-naħa t’isfel għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Sirnes fis-26 minuta meta Adrian Borg irċieva kross fil-kaxxa iżda bir-ras id-difensur ta’ Sirens tefa’ barra.
Man-nofs siegħa logħob din id-darba azzjoni offensiva ta’ Żebbuġ li spiċċat b’daqqa ta’ ras ta’ Shaun Bugeja li wkoll marret barra.
Żewġ minuti wara reġgħu kienu Sirens b’ċans li jiftħu l-iskor meta Kei Sano minn taħt Azzopardi sab lill-goalkeeper Żebbuġi attent li laqalu tajjeb. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.
Sirens kellhom bidu mill-aqwa tat-tieni taqsima u fit-53 minuta marru minn fuq meta Jacob Walker tefa’ kross insidjuż fil-kaxxa bid-difensur ta’ Żebbuġ Leandro Almeida jipprova jtajjar iżda sfortunatament għaliħ il-ballun spiċċa wara sieħbu u fix-xibka l-ħażina.
Minkejja t-tentattivi taż-Żebbuġin biex iġibu l-gowl tad-draw, Sirens irnexxilhom iżommu l-vantaġġ sat-tisfira finali biex akkwistaw tliet punti importanti li jtellawhom ftit ‘il fuq u ‘l bogħod mill-periklu.
//= $special ?>