Il-Pulizija Awstraljana żvelat dettalji dwar l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja tal-Awstralja.
Din l-operazzjoni sigrieta bdiet f’Novembru li għadda u ngħatat l-isem ‘Operation Beech’, hekk kif il-Pulizija interċettat ‘il fuq minn 2 tunnellati ta’ droga kokaina. Id-droga nstabet abbord bastimet li telaq mill-Amerika ta’ Isfel u kien destinat għall-Awstralja.
Id-droga kellha valur ta’ ‘il fuq minn $700 miljun fis-suq. L-awtoritajiet qalu li din is-sejba tammonta għal nofs il-konsum annwali fl-Awstralja.
B’kollox ġew arrestati 12-il persuna. L-arresti kienu saru bejn Diċembru u Jannar li għadda f’operazzjoni mill-aktar delikata.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Awstraljana qal li din l-operazzjoni tibgħat messaġġ ċar għal dawk it-traffikanti ta-droga internazzjonali li d-drogi tagħhom m’għandhomx post fl-Awstralja.
//= $special ?>