Fi Stadio Olimpico Roma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Juventus biex telgħu fir-raba’ posta tal-klassifika b’47 punt, fejn qabżu lill-Milan. Min-naħa l-oħra Juventus baqgħu fit-tmien post b’35 punt. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-53 minuta meta Bryan Cristante għadda lejn Gianluca Mancini li b’xutt minn barra l-kaxxa kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Fid-90 minuta Juventus spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa għalihom Moise Kean wara daħla kerha fuq Gianluca Mancini.
Intant Inter telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’50 punt meta f’ darhom għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 2-0. Huma fetħu l-iskor fid-29 minuta permezz ta’ Henrikh Mkhitaryan fuq pass ta’ Nicolo Barella, qabel fit-53 minuta Lautaro Martinez assigura mir-rebħa għal skor finali ta’ 2-0.
Riżultati
Ilum: Roma v Lazio 1-0, Inter v Lecce 2-0, Sampdoria v Salernitana 0-0, Spezia v Veroina 0-0
//= $special ?>