Futbol Sport

Ħamrun Spartans punt ‘il bogħod mir-rebħ tad-disa’ kampjonat

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

MOSTA………………….1

ĦAMRUN S…………….2

Mosta: I. Akpan, C. Glamour (N. Agius 46’), R. Briffa, C. Ememe, P. Tenebe, D. Bonnici (Z. Brincat 46’), C. Failla (F. Dore 75’), B. Diarra, M. Okoh (J. Ibe 88’), S. Kingue, J. Vassallo (K. Yamazaki 88’)

Ħamrun S: H. Bonello, M. Guillaumier, E. Mashike (L. Montebello 88’), J. Soares (R. Callegari 74’), K. Holmberg (J. Robert 74’), B. Ederson, O. Bjelicic, J. Corbalan, J. Mbong, E. Marcelina, R. Camenzuli

Imwissija: J. Corbalan 45’, J. Mbong 65’, J. Robert 83’ (Ħ)

Skorjaw: B. Ederson 6’, E. Mashike 28’ (Ħ), Z. Brincat 63’ (M)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Edreson Domingos Bruno ( Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba: Ederson Domingos Bruno ( Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans geħlbu lil Mosta 2-1 biex issa punt il-ġimgħa d-dieħla kontra Gżira United ikun biżżejed biex ikunu nkurunati champions tal-istaġun 2022/23. Min-naħa l-oħra għal Mosta din kienet telfa li ttelifhom ir-raba’ post hekk kif issa jinsabu l-ħames, tliet punti taħt Hibernians u Balzan.

Ħamrun fetħu l-iskor wara biss 6 minuti permezz ta’ Bruno Ederson li minn pass ta’ Guillaumier ikkonkluda wara Akpan.

Fit-28 minuta Ħamrun ingħataw penalty għal handsball ta’ Kingsue fil-kaxxa u mill-11-il metru kien Elvis Mashike li rdoppja għall-leaders.

Mosta naqsu l-marġni tal-iskor fit-63 minuta meta kien Zachary Brincat li qabbeż minn fuq Bonello, iżda Ħamrun irnexxilhom iżommu l-vantaġġ sat-tmiem u kienu huma li ħadu tliet punti li jresquhom aktar viċin ir-rebħ tat-titlu