Rowen Camilleri
GUDJA U…………….1
HIBERNIANS……..4
Gudja: G. Zammit, J. Bolanos, T. Nagamatsu, V. Plut, J. Arthur, N. Micallef, K. Micallef, H. Vella, N. Tabone (J. Attard 34’), N. Navarrete (S. Gomes 61’), F. Zuniga
Hibernians:M. Jovicic, F. Apap, G. Llerena, T. Aldama (Z. Grech 61’), J. Grech (B. Kristensen 78’), J. Degabriele (J. Vitor 78’), D. Vella, A. Agius, G. Artilles, O. Muritala, A. Diakite
Imwissija: J. Bolanos 17’, J. Arthur 36’ (G), A. Agius 25’, G. Llerena 39’, J. Degabriele 53’ (H)
Tkeċċa: N. Micallef 21’ (G)
Skorjaw: J. Degabriele 12’, 63, J. Grech (pen) 23’, O. Muritala 90+2’ (H), T. Aldama (ag) 51’ (G)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: JamesMuscat u Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Hibernians kisbu rebħa importanti fil-ġlieda għal post fl-Ewropa biex pattew għad-diżappunt fl-F.A. Trophy u għelbu lil Gudja United 4-1. Fil-kampjonat din kienet it-tielet rebħa minn tlieta għal Silvio Vella fit-tmexxija tat-tim Pawlist. Gudja lagħbu l-maġġor parti tal-partita bi plejer inqas wara li fil-21 minuta tkeċċa għalihom Neil Micallef wara li ġie muri karta ħamra diretta.
Hibernians marru minn fuq fit-12-il minuta minn free kick dirett ta’ Jurgen Degabriele. Fl-20 minuta Hibernians ingħataw penalty wara foul ta’ Neil Micallef fuq Dunstan Vella, bid-difensur ta’ Gudja jingħata karta ħamra diretta.
Mill-11-il metru kien Jake Grech li għeleb lil Zammit għat-2-0 favur il-Pawlisti, riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima.
Għaddew biss sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima u Gudja lura fil-partita meta kien Thaylor Aldama li f’tentattiv li jtajjar tefa’ wara Marko Jovicic.
Jurgen Degabriele sab ix-xibka għat-tieni darba fil-partita u l-14-il darba fil-kampjonat meta kkonkluda wara Zammit minn kross tas-sostitut Zachary Grech.
Hibernians ma kienux kuntenti bi 3-1 u żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari skorjaw ir-raba’ permezz ta’ Owolabi Muritala għal skor finai ta’ Hibernians 4 Gudja United 1.
