Internazzjonali

Iċ-Ċina: Impenjata lejn il-konsolidazzjoni tal-kontroll minn Xi Jinping

Is-sinjali kollha minn Beijing qed juru li l-President Xi Jinping għandu jkompli jsaħħaħ il-kontroll fuq il-Gvern u l-ekonomija taċ-Ċina.  Dan meta d-deputati fil-kapitali Ċiniża qed jiltaqgħu biex jgħaddu r-riformi li mistennija jkollhom il-konsegwenzi fit-tul għat-tmexxija.

Fil-fatt, kollox jinsab lest biex il-Parlament – jew il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu (f’Beijing) – jikkonferma t-tielet mandat ta’ tmexxija għal Xi Jinping flimkien mal-kapijiet ta’ madwaru fl-amministrazzjoni. Hemm anki stennija għall-konferma tal-Prim Ministru ġdid taċ-Ċina, bħala t-tieni l-akbar uffiċjal fil-pajjiż u li qed jieħu post Li Keqiang li spiċċa ‘sfiduċjat’ f’għajnejn Xi Jinping u l-ogħla kapijiet komunisti.

Dawn is-sessjonijiet għall-konferma tal-poter isiru kull sena, iżda din id-darba huma partikularment sinifikanti minħabba r-responsabbiltà tad-delegati biex jirristutturizzaw diversi istituzzjonijiet tal-Istat u tal-Partit komunista fil-Gvern.