Minkejja li kien tħabbar li mill-1 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, wieħed se jkun jista’ jieħu flusu lura mill-card ta’ Tal-Linja… 4 xhur wara, l-applikazzjoni baqgħet ma ħarġitx biex wieħed japplika għalihom.
Net News għamel diversi kuntatti mal-kumpanija ta’ Tal-Linja, bit-tweġiba ripetutament tkun li l-applikazzjoni se tkun qed toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Iżda erba’ xhur wara, din għadha ma dehret imkien.
Dan apparti l-fatt li meta toħroġ din l-applikazzjoni, għalkemm ħadd ma jaf meta, lanqas l-impjegati stess, wieħed se jkun obbligat li jagħti administration fee ta’ €10. Dan ifisser, li biex wieħed jieħu l-flus lura, €10 se jkunu qed jinqatgħu mir-refund.