“Grażżi talli ġejtu fil-Belt Valletta ħalli tieħdu lura il-gieħ ta’ Malta. Grażżi għall-appoġġ lejn pajjiżna f’dan il-mument kruċjali. Grażżi talli qegħdin tifhmu li ma jistax ikun li l-Gvern ta’ Robert Abela jibqa’ jagħmel li jrid. Propju disa’ tijiem ilu, il-Qorti tagħtna sentenza storika u bla preċedent, u permezz ta’ din is-sentenża reġgħet tatna raġun.”
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt protesta Nazzjonali bit-tema ‘Int jixraqlek ahjar’ – Demostrazzjoni li saret fil-Belt Valletta, fejn bdiet quddiem Kastilja, u kompliet tlejn Triq ir-Repubblika.
Bernard Grech fakkar kif ġimgħa ilu l-qrati Maltin iddikjaraw il-kuntratt tat-tliet sptarijiet bħala wieħed korrott u frawdalenti – l-istess kuntratti li saru minn Gvern Laburisa u ġew difiżi fil-Qorti u fil-Parlament minn Robert Abela u minn sħabu.
“Il-Qorti b’ċertifikat b’saħħtu qaltilna li din tal-isptariijet kienet serqa, ħakma, u pjan ta’ ħtief għad-dannu tal-poplu, biex dawk il-ftit li kienu u għadhom qed imexxu pajjiżna xaħmu u gwadajnaw il-flus f’buthom. ħadma biżżila minn fuq dahar il-poplu. “
Il-Kap tal-PN saħaq li filwaqt li l-Gvern tal-Labour seraq bosta miljuni minn ħalq uliedna, minn ħalq il-pazjenti, u minn ħalq l-anżjani tagħna, ħaduhom mis-saħħa, minn fuq l-edukazzjoni, minn fuq iż-żghir biex gawda l-kbir …. sa issa għadu ħadd ma’ refa ir-responsabbiltà għal dan l-ingann sfaċċat.
“Dan hu Gvern Laburista imexxi minn Robert Abela – Minflok jaqbeż għaz-zghir, sar Partit ta’ dawk li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu minn fuq dahar il-poplu Malti u jgħaduha lixxa, qisu xejn m’hu xejn,” tenna Bernard Grech.
“L-għatx li għandhom biex jibqgħu fil-poter ittihom il-grinta sabiex ikomplu jaħtfu l-istutuzzjonijiet ta’ pajjiżna. Izda Partit Nazzjonalista se jibqà jaħdem sabiex titwaqqaf il-kultura ta’ impunità, il-kultura ta’ korruzzjoni, u l-kultura ta’ ngann li qiegħed imexxi biha Robert Abela.”
Il-Kap tal-PN qal li ta’ kuljum ħafna nies qed juru l-għadab tagħhom għall-mod kif qed imexxi Robert Abela… għall-mod kif minflok jaqbeż għall-poplu qed jaqbeż għall-Vitals u Steward. l-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa fejn hu u x’inhu jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà wara li ħareġ dan kollu…staqsa fejn tinsab l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u insista li l-poplu issa jinsab mxebba.
Il-Kap tal-PN għamel referenza għal kawza kontra il-PBS, fejn fl-aħħar jien l-ogħla Qorti tal-pajjiż ikkonfermat għal darb’oħra li x-Xandir li suppost hu Nazzjonali u mhux tal-gvern tal-Labour biss, kiser id-drittijiet fundamentali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan hu inaċċetabbli għax din kienet biċċa oħra mill-iskema ta’ Robert Abela li jaħtaf f’idejh lill-istituzzjonijiet tal-Istat. U minkejja li nġibditlu l-attenzjoni diversi drabi, Robert Abela qed jibqa’ juża’ lilll-istituzzjonijiet kif jaqbel lilu u biex iwassal il-messaġġ tiegħu u tal-Gvern tiegħu, filwaqt li jipprova jkisser u jostor il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit se jibqa’ viġilanti u mhux se jieqaf hawn. Mhux se jċedi quddiem dan l-abbuż sfaċċat, issa kkonfermat mill-ogħla Qorti tal-pajjiż. Filwaqt li staqsa min se jerfa’ r-responsabbilta għax ma jistax ikun li jinkisru d-drittijiet u kulħadd jibqa’ jfarfar daqslikieku xejn mhu xejn.
Dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech innota kif Robert Abela ma jridx jagħmel Inkjesta Pubblika dwar il-mewta traġika taż-żagħżugħ.
Huwa jistaqsi, “Kif tista’ tħares f’għajnejn l-omm li tilfet lil binha minħabba in-nuqassijiet ta’ ħaddiehor? Kif tistà tiqa ċass u ma tieħux azzjoni?”
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa xi jrid jaħbi Robert Abela u lil min irid jiddefendi. Dan hekk kif il-familja ta’ Jean Paul Sofia għandha d-dritt tkun taf il-verità.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista esprima d-diżappunt tiegħu li, bħala pajjiż, fallejna lil Jean Paul u lill-familja tiegħu.
Bernard Grech saħaq kif il-kuxjenza ta’ Robert Abela mhux qed tnigżu meta jgħid lil ġenituri ta’ Jean Paul Sofia li ma jistax jiftaħ inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil tiegħu…bil-Kap tal-PN jisħaq li se jkun qed iressaq mozzjoni sabiex dan isir.
Intant, huwa rringrazzja lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, lill-bqija tal-ġurnalisti l-oħra li bil-ħidma kontinwa tagħhom ikomplu jikxfu s-sigrieti tal-Gvern kif ukoll irringrazzja l-ħidma tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, filwaqt li appella lil Robert Abela sabiex verament iġib l-interess nazzjonali l-ewwel…u jġib il-miljuni tal-ewro mingħand Steward lura.
//= $special ?>