“Rebħet Malta. Iżda x’rebħet Malta? Irbaħna lura t-tliet sptarijiet li ttieħdu mill-poplu Malti u Għawdxi b’ingann li qatt ma konna rajna bħalu qabel. Rebhet Malta għax waqafna serqa ta’ erbat elef miljun mit-taxxa mill-ħidma tal-poplu Malti.”
Dan qalu id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt id-diskors tiegħu fil-protesta Nazzjonali li saret il-Ħadd waranofsinhar, bit-tema ‘Int Jixraqlek aħjar’.
“Qatt ma trid tieqaf tiġġieled l-koruzzjoni. Il-ġlieda għas-sewwa dejjem għandha titwettaq, għax is-sewwa jirbaħ dejjem żgur,” tenna Adrian Delia.
Waqt id-diskors tiegħu, Adrian Delia għamel referenża għal kull min kien involut f’dan id-deal kkundannabli u frawdolenti li kellu għan wiehed – li jisraq il-poplu.
Adrian Delia jistaqsi “U min gawda? Gawdew il-klikka tal-labour, għad-dannu tal-poplu, u f’isem il-poplu Malti u Għawdxi nappella sabiex kull min kien involut, jerfà ir-responsabbilta’ kif jixraqlu kull ħaddiem Malti, li bl-għaraq ta’ ġbinu jaħdem qattiegħ għal ħobża ta’ kuljum.
“Kollha kemm huma, wieħed wara l-ieħor maru quddiem il-Qorti u qalu li m’ghandhomx għalfejn iġorru responsabbiltà u bqagħu jiddefendu d-deal sal-aħħar, iżda l-Qorti wieħed wieħed ċanfrithom u qaltilhom li huma jinsabu responsabbli għas-serq li sar minn but kull ħaddiem Malti.”
Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Dehlia tkellem dwar l-Avukat Ġenrali, illi għandu r-responsabbiltà li jħares id-drittijiet fundamentali tal-poplu Malti kemm mill-koruzzjoni kif ukoll minn qerq. “L-avukat Ġenerali, kif jingħad fil-liġi tal-Kostituzzjoni tagħna, qieghed hemm biex iħares id-drittijet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, iżda f’dan il-każ, mhux talli ma’ waqafx il-kuntratti, iżda talli mar jiddenfendi lill-barranin frawdolenti.”
“Il-kumpaniji privati li ġew imqabbda mill-Gvern kisru l-klawzoli tal-kuntratt għaliex huma qatt ma kellhom l-intenzjoni li jagħmlu xi tip ta’ investiment fl-Isptarijiet, u l-Gvern kien kompliċi magħhom u serqu ż-żgħażagħ tagħna, il-penżjonanti u l-anżjani tagħna. Umbaghad quddiem dan kollu jghidu li huma mhux resposanbbli u sa issa għadu ħadd ma refà responsabbiltà għal dan is-serq sfaċċat.”
“Il-poplu qiegħed jgħajjat sabiex xi ħadd jerfa’ ir-responsabbiltà” tenna Dehlia għalhekk huwa insista li kull min għandu r-responsabbiltà li jaġixxi .. dan irid jagħmlu llum qabel għada”
“Ahna żrajna it-tamà. Kontra l-intimidazzjoni tal-Gvern, hemm arma ikbar – Il-kuraġġ u t-tamà. Għamlu kurragg, taqtgħux qalbkom. Jien mhu se naqta qalbi qatt u f’isem il-PN se nibqa naħdem sabiex il-flus li nsterqu mit-taxxi tal-poplu jingħataw lura.”
//= $special ?>