Lokali

“Ir-rebħa li kiseb il-poplu Malti hi rebħa għall-ġustizzja” – Michaela Ann Bayliss

Waqt il-protesta tal-Ħadd, l-istudenta Michaela Bayliss tkelmet dwar l-inkjesta pubblika li saret b’rabta mal-każ ta’ Bernice Cassar.

Hi qalet li l-istat falla milli jipproteġi l-vittmi tal-vjolenza domestika. Bħala studenti tal-ligi, insistiet li għandna liġijiet antikwati. Għalkemm il-liġi waħedha mhix biżejjed.

Mhux bizejjed li nagħmlu l-liġijiet iżda wkoll hemm bzonn sistema effettiva fejn jidhol il-korp tal-pulizija.

Dwar il-każ Miriam Pace, Bayliss fakkret kif wara tliet snin xorta wahda ma sar xejn. “Għandha ssir riforma fil-metodu ta’ kif jinħargu l-permessi tal-bini ta’ kostruzzjoni.”

Dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, iż-żagħżugħa ħeġġet lill-Partit Nazzjonalista sabiex ikompli jiġġieled kontra l-korruzzjoni.

Qalet ukoll li r-rebħa għal Malta li kiseb id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, kienet rebħa favur il-ġustizzja. “Hu iġġieled għall-ġustizzja, u l-Qorti spiċċa ġie kkundanat għad-deal li sar bejn il-Gvern u Vitals u sussegwentament ma’ Steward”.

Bayliss fakkret li dawn il-miljuni li l-Gvern tal-Labour ta lil kumpaniji privati, setgħu ġew investiti aħjar fis-settur tas-saħħa.