L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) żvelat li d-deals ma’ Vitals u Steward ġew jiswew lil pajjiżna mat-€390,702,135. Dan l-ammont ġie kkalkulat fuq il-budget annwali tal-Gvern dwar ħlasijiet li ngħataw lil Vitals u Steward Healthcare.
S’issa, il-Pulizija għadha ma interrogat lil ħadd wara s-sentenza xokkanti tal-Vitals, b’Robert Abela jgħid li ma kellu l-ebda irwol f’dan kollu aħseb u ara kemm se jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi soluzzjoni biex nieħdu lura dawn il-flejjes kollha.
Hawn taħt wieħed jista’ jsib il-lista ta’ flus li ngħataw f’dan id-deal matul dawn it-tmien snin kif ġie żvelat mill-MAM.
2016 | 2017 | 2018 | 2019 | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 | TOTAL | |
Gozo | 23,437,444 | 28,180,000 | 31,000,000 | 31,005,740 | 35,609,000 | 46,000,000 | 50,424,000 | ||
KGH | 10,118,116 | 12,080,000 | 15,594,006 | 15,594,006 | 26,086,829 | 23,000,000 | 29,167,000 | ||
16,000,000 | 33,555,560 | 40,260,000 | 44,000,000 | 46,599,746 | 61,695,829 | 69,000,000 | 79,591,000 | 390,702,135 |