Max Verstappen kompla fuq l-istaġun li għadda u rebaħ l-ewwel Grand Prix għal dan l-istaġun fil-Bahrain. Verstappen iddomina mill-bidu wara li beda dan il-Grand Prix fuq quddiem nett.
Sieħbu fit-tim Sergio Perez temm fit-tieni post filwaqt li s-sewwieq ta’ Aston Martin Fernando Alonsa temm fit-tielet post. Carlos Sainz temm fir-raba pożizzjoni filwaqt li s-sewwieq ta’ Mercedes Goerge RUssell temm fil-ħames post. Lando Norris temm fis-sitt pożizzjoni filwaqt li Esteban Ocon temm fis-seba’ post. Lance Stroll u Daniel Ricciardo temmew fit-tmien u d-disa’ post rispettivament filwaqt li Sebastian Vettel temm fl-10 post.
Is-sewwieq Brittaniku, Lewis Hamilton temm biss fit-18-il pożizzjoni.
//= $special ?>