Min-naħa l-oħra Empoli baqgħu fit-tlettax-il post tal-klassifika bi 28 punt. Huma fetħu l-iskor fid-19-il meta Gianluca Caprani żmarka lil Patrick Ciurria li b’xutt bix-xellug xeħet fix-xibka għal 1-0, bil-gowl ikun ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR. Fit-52 minuta Empoli kisbu d-draw meta kien Martin Satriano li bir-ras kkonkluda fix-xibka għal 1-1.
Fil-U Power Stadium Monza kisbu rebħa mportanti ta’ 2-1 fuq Empoli biex saħħew posthom fl-għaxar post tal-klassifika bi 32 punt.
Il-gowl tar-rebħa għal Monza wasal fis-67 minuta meta minn corner ta’ Gianluca Caprari kien Amrando Izzo li għola bir-ras u tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1.
Intant f’partita oħra bejn Atalanta u Udinese dawn tem- mew fi draw ta’ mingħajr gowls,b’Atalanta jibqgħu fis-sitt post filwaqt li Udinese baqgħu fid-disa’ post.
Fl-aħħar partita tas-Sibt fil-Franchi Fiorentina għelbu lil Milan 2-1. Il-Viola fetħu l-iskor fid-49 minuta oermezz ta’ penalty mogħti minn Nicolas Gonzales biex Luka Jovic irdoppja fis-87 minuta. Milan skorjaw il-gowl tal-bandiera il-95 minuta permezz ta’ Theo Hernandez
Il-Ġimgħa
Napoli v Lazio 0-1
Ilbieraħ
Monza v Empoli 2-1
Atalanta v Udinese 0-0
Fiorentina v Milan 2-1
Illum
Spezia v Verona 12.30pm
Sampdoria v Salernitana 3.00pm
Inter v Lecce 6:00pm
Roma v Lazio 8.45pm
//= $special ?>