Futbol Sport

Valletta meritatament jegħlbu lil Gżira u jitilgħu fis-seba’ post

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

GŻIRA U………1

VALLETTA……2

Gżira U: D. Zarkov, Ewertton (B. Borg 75′) , L. Tabone, N. Muscat, Z. Scerri, M. Dias (T. Espindola 85′), T. Kolega, M. Cosic, M. Maia (L. Ribeiro 60′), J. De Assis, J. Mendoza (A. Borg 88′)

Valletta: C. Formosa, E. Ruiz, A. Zammit (C. Gauci 83′), S. Dimech, E. P. Beltre, F. Falcone (W. Jebor 88′), B. Kemdem, B. Paiber (W. Joseph 79′), R. Muscat, N. Nnomo, K. Bevis

Skorjaw: K. Bevis 14′, B. Paiber (pen) 78′ (V), L. Ribeiro 89′ (G)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Roberto Vella u Shaun Calleja

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Cain Fromosa (Valletta)

BOV Plejer tal-logħba: Cain Formosa (Valletta)

Valletta ħasdu lil Gżira United meta fl-ewwel logħba tal-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali rebħulhom 2-1 b’gowls ta’ Bevis u Paiber.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fis-6 minuta minn Gżira meta kien Dias li tefa’ kross li sab lil Kolega li bir-ras impenja lil Formosa li kellu jdawwar f’korner.

Valletta marru minn fuq ftit qabel il-kwarta logħob meta Shaun Dimech għadda pass preċiż lejn Kylian Bevis li b’xutt fil-baxx ħasad lil Zarkov li ma seta’ jagħmel xejn biex iwaqqaf il-ballun.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Gzira ingħataw penalty meta Nnomo deher iwaqqa lil Jackson Mendoza fil-kaxxa iżda Cain Formosa laqa’ tajjeb il-konklużjoni mill-11-il metru ta’ Maxuell Maia.

Fl-54 minuta azzjoni personali ta’ Jackson Mendoza li tintemm bix-xutt tal-Kolombjan li jgħaddi ftit barra.

Żewġ minuti wara Valetta b’kontratakk fejn Andrea Zammit avvanza u ta pass perfett lejn Kylian Bevis bl-awtur tal-gowl jipprova mill-ewwel iżda din id-darba Zarkov kien tajjeb u laqa’.

Fil-65 minuta kross preċiż ta’ Dias fuq ras is-sostitut Ribeiro li minn qagħda ideali ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur barra.

Valletta inghataw penalty meta Luke Tabone waqqa lil Andrea Zammit fil-kaxxa biex mill-11-il metru kien Brandon Paiber li ma żbaljax biex irdoppja għal Valletta.

Gżira pressaw kemm felħu u tefgħu kollox fuq l-attakk u fid-89 minuta sabu x-xibka meta kien kross ta’ Jefferson De Assis li tefa’ kross fuq Lucas Ribeiro bil-Brażiljan jogħla tajjeb bir-ras u jgħeleb lil Formsa.

Madankollu dan ma kienx biżejjed hekk kif l-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita bil-Beltin jiksbu tliet punti li jtellawhom fis-seba’ post tal-klassifika.

Brandon Paiber jiskorja t-tieni gowl ta’ Valletta minn penalty (Ritratt: Josef Fitzpatrick)