Formula 1 Sport

Verstappen jirbaħ il-Pole Position fil-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen ta’ RedBull se jkun qed jibda l-ewwel Grand Prix tal-istaġun mill-Pole Position b’sieħbu ta’ RedBull Sergio Perez se jibda mit-tieni post.

Il-koppja ta’ Ferrari Charles Leclerc u Carlos Sainz se jibdew mit-tielet u r-raba’ post rispettivament segwiti mill-veteran Fernando Alonso.

George Russell fuq Mercedes daħal 0.044 sekondi qabel sieħbu ta’ Mercedes Lewis Hamilton.

Illum jingħata bidu għal staġun ieħor tal-Formula 1 fost l-antiċipazzjoni tas-segwaċi ta’ dan l-isport popolari ferm madwar id-dinja.

Filwaqt li t-timijiet ta’ RedBull, Ferrari u Mercedes mistennija jkunu il-protagonisti, bosta qed jbassru li dan se jkun staġun ieħor li se jara taqtiegħa għar-rebħ tal-kampjonat sal-aħħar tal-istaġun.