Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal fil-parlament li l-aħħar 10 snin kienu karatterizzati minn manuvri tal-Gvern li ħataf kważi l-istituzzjonijiet kollha.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-ħatra ta’ Ombudsman, Bernard Grech qal li hu surreali kif ġimgħa wara li l-għola Qorti ddikjarat li l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir kisru d-drittijiet tal-PN u kkonfermat li dawn huma maħtufa mill-gvern ta’ Robert Abela, il-parlament għandu vot li bih Robert Abela jrid jaħtaf istituzzjoni oħra. L-inkwiet li għandu Robert Abela hu minħabba diversi sentenzi tal-qorti u rapporti li qed juru li l-gvern qed jonqos liċ-ċittadin u qed jagħżel lill-kbir flok liż-żgħir.
Hu qal li l-Ombudsman twaqqaf minn gvern Nazzjonalista u li kienet it-tarka taċ-ċittadin. Sentejn ilu kien hemm l-Ombudsman kienet vakanti u kienu dakinhar il-Prim Ministru ma sabbattx saqajh, Joe Zammit McKeon ilu sentjen fil-kariga.
Hu qal li kien qabel mal-Prim Ministru li jkun Joe Zammit Mc Keon għaliex hu persuna integra li meta kien Imħallef u anki avukat dejjem kien raġel integru u tal-affri tiegħu.
L-avukati jammiraw is-senetnzi tiegħu u kien ħa f’idejh il-Qorti tal-Kummerċ b’sentenzi li minnhom jitgħallmu l-avukati. Ma tistax ma taqbilx mal-Imħallef Joe Zammit Mc Keon bħala Ombudsman, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-Imħallef Zammit Mc Keon ma jħares lejn wiċċ ħadd b’enerġija biex tħaffef ix-xogħol. Għalhekk dawn il-kwalitajiet tiegħu huma ammirati mill-PN imma huma kwalitajiet meħteġa biex Zammit McKeon jimla din il-pożizzjoni importanti fil-pajjiż.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Prim Ministru stina rasu anki meta kien hemm qbil fuq Zammit Mc Keon u seta’ ressqu dakinahr iżda l-Prim Ministru ddeċieda li jorbot lil Zammit Mc Keon mal-persuna li hu jrid bħala Kummissarju tal-Istandrads. Robert Abela ma jfittix il-kunsens u jrid biss li tgħaddi tiegħu.
Din il-kwalità qed tħassar l-irġulija fil-politika, sostna Bernard Grech li kompla li qatt ma kien ftiehem mal-Prim Ministru li l-ex Prim Imħallef Joe Azzopardi jkun Kummissarju għall-Istandards.
Kieku kien hemm qbil, Joe Azzoaprdi ilu xhur appuntat Kummissarju għall-Istandards. Iktar u iktar nies ma jifilħux din l-arrogazna, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li llum Graffitti qalu lill-Prim Ministru li għajjew u xebgħu minkejja li dawn m’humiex għaqda viċin il-PN.
Kulaħdd qed jifhem li l-gvern ma jinteressaħx l-interessi tan-nies għaliex dan hu gvern manipulattiv fejn anki rapport li jikkundanna lill-gvern bil-qtil ta’ Bernice Cassar iżda l-gvern jagħmel il-kalkolu biex jippubblika lejliet is-sentenza atl-isptarijiet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dawn kienu 10 snin mimlija impunità u ftehim minn wara dahar il-poplu mal-ħbieb tagħhom u li fih fihom numru kbir ta’ deputati Laburisti li naqsu lejn il-poplu.
Għalhekk tathom rashom malli l-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzler beda jagħti d-deċiżjonijiet u raw kif għamlu biex neħħewh mill-pożizzjoni qabel il-waqt. Għalhekk il-Prim Ministru jrid Kummissarju għall-Istandards li jtih il-garanziji li jibqgħu protetti bħall-garanzija mill-Kummissarju tal-Puluzija, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tax-Xandir u l-PBS. Huma biss il-qrati ta’ Malta li għadhom l-aħħar bastjun tad-demokrazija fil-pajjiż għalkemm issa anki l-Ombudsamn se jkun qed iwettaq dmiru bla favuri skont il-Kostituzzjoni, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>