Lokali

Arrestat żagħżugħ b’rabta mas-serqa minn ħanut f’Ta’ Xbiex

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Ħamrun, ġie arrestat mill-Pulizija il-Ħadd filgħaxija b’rabta mas-serqa li saret il-Ġimgħa li għadda, minn ħanut f’Ta’ Xbiex.

Fl-aħħar sigħat issoktaw it-tfittxijiet għall-allegat ħalliel, liema tfittxijiet ħallew il-frott hekk kif żewġ pulizija, waqt li kienu fuq ronda fil-Ħamrun, lemħu raġel jaqbel mad-deskrizzjoni tal-allegat ħalliel jirkeb karozza tal-linja.

Għaldaqstant, il-Pulizija waqfet il-karozza tal-linja fl-inħawi ta’ Blata l-Bajda, arrestaw lir-raġel u ttieħed l-Għassa għal aktar stħarriġ.

Huwa qed jinżamm taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.